Coronavirus Lokali

Il-każijiet f’Malta jitilgħu għal 30; 3 mid-9 każi l-ġodda huma trażmissjoni lokali

Imħabbar l-ewwel każ ta’ trażmissjoni lokali.

L-ewwel każ ta’ Malti li kellu trażmissjoni lokali ġie infettat minn persuna li rriżulta pożittiv ilbieraħ.

Każ ieħor ta’ Spanjol li kellu jirritorna lura lejn pajjiżu lbieraħ. Minn grupp ta’ 4 studenti Spanjoli li kienu Malta fl-aħħar jiem, wieħed minnhom irriżulta pożittiv.

Mara Maltija li rriżultat pożittiva jidher li hi t-tieni każ ta’ trażmissjoni lokali hekk kif jidher li żviluppat sintomi wara li żewġha ġie lura minn barra u wara li anke hu kellu sintomi ħfief tal-virus.

Każ ieħor huwa ta’ ġuvni li kien fl-istess grupp ta’ persuni li vvjaġġaw Dublin ftit tal-jiem ilu. Hu kien laħaq mar lura x-xogħol qabel ma ġie ttestjat għat-test.

Żewġ każi oħra ta’ trażmissjoni lokali irriżultaw wara li l-persuni kellhom kuntatt tal-healthcare worker li xi jiem ilu kienet irriżultat pożittiva.

Każ ieħor ta’ healthcare worker li wkoll irriżultat pożittiv u li jidher i hi każ ta’ trażmissjoni lokali mhux ċar minn fejn ħadet il-virus, għaliex hi tgħix ma persuna li kienet imsiefra iżda wkoll għax kellha kuntatt ma’ persuni oħra.

Il-każijiet kollha huma stabbli u għalkemm inzammu fl-isptar, setgħu inżammu anke d-dar sakemm ifiequ.

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li l-ilbies protettiv qed jingħata lill-healthcare workers li jkunu f’kuntatt ma’ pazjenti li huma kkonfermati li huma pożittivi għall-Covid-19.

Gauci kkonfermat li mhux kull min iċempel il-helpline 111 u jgħid li għandu s-sintomi tal-virus qed jiġi ttestjat jekk dan ma jkunx siefer fl-aħħar jiem. Hija qalet li t-testing qed isir b’mod arbitrarju.

Hija kkonfermat ukoll li wieħed mill-każi kien ta’ persuna Għawdxija, iżda qalet li t-trażmissjoni saret f’Malta.