Lokali Parlament

Id-dinja kollha titkellem fuq il-coronavirus u l-parlament Malti jiddibatti ċint li jdawwar il-kmamar tan-nar

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li filwaqt li d-dinja kollha qed titkellem fuq il-coronavirus, il-parlament Malti jiddibatti ċint li jdawwar il-kammar tan-nar.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-pajjiż għarkubtejh b’nies jimirdu bil-coronavirus, l-iskejjel magħluqin, in-negozji se jfallu, il-lukandi qed jagħlqu, il-mijiet jew eluf li tilfu x-xogħol u fl-ogħla istituzzjoni kien hemm 20 minuta ta’ litigazzjoni dwar kif se jittieħed vot fis-7 pm. Dan hu eżempju ta’ kemm il-parlament mhux jiffunzjona u m’għadux jiġi stmat tal-ogħla istituzzjoni hu propju dak li qed iseħħ bħalissa.

L-obbligu tal-gvern hu li jiddibatti l-kri’i li ġiet fuq il-pajjiż fil-parlament

Flok il-parlament qed jiddiskuti l-pandemoju tal-pandemija, il-parlament ma ddiskutiex din l-emerġenza nazzjonali l-stes skif għamel il-ġimgħa li għaddiet. Il-gvern għażel li jddisikuti liġi biex idaħħal tliet kelmiet dwar jekk għandux jinbena ħajt madwar il-kmamar tan-nar. Min jaf x’għidu n-nies hemm barra?, irrimarka Beppe Fenech Adami, li qal li ma jaħsibx li fid-dinja hemmx x’imkien li qed jiddiskuti xi ħaġa oħra flok il-coronavirus.

Il-parlament inġieb f’din is-sitwazzjoni b’mod intenzjonat; l-istess kif il-Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa, tal-Edukazzjoni, tal-Intern jinjoraw il-parlament u fl-istess ħin jindirizzaw konferenza tal-aħbarjiet. Il-gvern mhux juri rispett lejn id-deputati meta jinjora l-parlament, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hu ħażin li l-gvern jibgħat il-messaġġ li jista’ jaħdem bla parlament meta l-parlament hu l-uniku organu li jista’ jiskrutinja lill-gvern.

Il-Prim Ministru qed jagħżel il-konferenzi tal-aħbarijiet minflok imur il-parlament

Il-Prim Ministru jkun qed jibgħat messaġġ ħażin u b’intenzjoni jagħmel konferenza tal-aħbarijiet propja fil-ħin meta jibda jiltaqa’ l-parlament. Dawn huma sinjali ta’ arroganza fi stadju daqshekk bikri u hu ta’ kundanna li l-parlament qed ikun trattat b’dan il-mod.

Id-deputat Nazzjonalista sellem lil dawk in-nies li għaddejjin fuq il-front tal-ġlieda kontra l-coronavirus fosthom il-ħaddiema fl-isptarijiet li għaddejjin minn tensjoni u periklu.

Hu sellem lill-ħaddiema tal-ħabs u appella biex ikun assigurat li din il-marda ma tinfirixx; il-ministru responsabbli għandu jassigura li s-saħħa u s-sigrutà tal-uffiċjali tkun imħarsa b’mod assolut bħal dik tal-priġunieri. Hu sellem lill-membri tal-FAM li għadhom qed jiffaċċjaw il-problemi l-oħra fosthom dik tal-immigrazzjoni.

Beppe Fenech Adami sellem lill-ħaddiema fl-ajruport u appella lill-Ministru biex jispjega l-possibbiltà ta tixrid tal-conoravirus dwar Spanjol li kien qed jitlaq mill-pajjiż u li kien pożittiv għall-virus. Jingħad li f-ajruport kien hemm persuna infettata li għaddiet mill-ajruport u għalhekk kellha kuntatt man-nies.

Każ ta’ persuna infettata li kienet qed timxi bla kontroll meta kienet ħierġa minn Malta

Din il-persuna telqet minn Malta iżda kienet ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra li telqu mill-pajjiż. Hu sellem lill-Professur Charmaine Gauci li taspira fiduċja tinsab fil-kontroll tas-sitwazzjoni. Nittama li kollox jibqa’ lil hinn mill-politika għaliex fil-konferenzi tal-Prim Ministru kien hemm kummenti ta’ natura politika li ma jgħinux is-sitwazzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista.

Dwar il-liġi fuq il-kmamar tan-nar, Beppe Fenech Adami qal li din il-liġi daħlet fl-1904 u kienet qafas kif għandu jkun regolat il-logħob tan-nar fil-pajjiż. Dan hu passatemp perikoluż li jitlob regolamentazzoni iebsa biex ikunu evitati inċidenti fil-kmamar tan-nar. Dan il-pajjiż jitgħallem li jirranġa l-affarijiet wara li tkun seħħet xi traġedja.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar ir-regoli tal-importazzjoni u l-liċenzja meħtieġa u qal li f’Malta kien hawn sitwazzjoni fejn persuni kienu jaħdmu n-nar anki f’residenzi; dan wassal għal traġedji.

Kien għalhekk li l-liġi tipprovdi biex il-logħob tan-nar jinħadem biss fil-kmamar tan-nar; li wkoll iridu jkunu 280 metru bogħod minn post residenzjali. Il-liġi tispeċifika wkoll meta jinħadem in-nar, kemm jista’ jinħażen nar u li kamra tan-nar trid tkun imdawra b’ħitan ta’ mhux inqas minn erba’ metri għoli.

Il-gvern issa jrid ineħħi dan l-obbligu li jkun hemm dan iċ-ċint li jdawwar il-kamra tan-nar. Studju internazzjonali juru li jkun għaqli li dan iċ-ċint jitneħħa minħabba s-saħħa u s-sigurtà. Dan għaliex jekk ikun hemm inċident, l-effett tal-isplużjoni jkun wieħed iktar qawwi għaliex il-blast jikkaġuna l-imwiet. F’inċident, in-nies ikunu jridu jaħarbu malajr minn fuq il-post iżda jekk ikun hemm, il-persuni jkollhom diffikultajiet biex jaħarbu.

Beppe Fenech Adami qal li hemm ukoll l-argument li l-ħajt iżomm lill-pubbliku milli jkollu aċċess faċli għall-kmamar tan-nar. Għandu għalhekk jingħata konfort lill-pubbliku li ma jkunx hemm xi ħadd li jista’ jidħol f’kamra tan-nar bla problema ta’ xejn.

Hu rrifera għal petizzjoni tas-Soċjetà Dun Filippu Borga ta’ Birkirkara li qed tesprimi l-preokupazzjoni li fil-by-pass ta’ Birkirkara fl-uniku żona miftuħa u li hi pulmun għar-raħal, hemm il-possibbiltà li minn din iż-żona – minn fejn jinħaraq in-nar – jista’ jkun hemm żvilupp tant li diġà beda xi xogħol. Is-Soċjetà u l-għaqdiet mużikali u soċjali tar-raħal qed jappellaw biex jittieħdu l-passi biex il-ħruq tal-logħob tan-nar fil-festa ta’ Sant’Elena jibqa’ jsir.