Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’laqgħa mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika

L-Oppożizzjoni trid tagħti l-għajnuna tagħha f’dan iż-żmien diffiċli ghall-pajjiz.. għajnuna li tkun ibbażata fuq l-aqwa informazzjoni li jista’ jkollna. U kien propju għalhekk li intalbet din il-laqgħa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonlaista Adrian Delia qal dan meta laqa’ fid-Dar Centrali lil Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, flimkien mat-tabib Chris Barbara.

Adrian Delia qal li bħala Oppożizzjoni qed isiru tħejjijiet wara li inġabret informazzjoni …iżda esprima wkoll ix-xewqa li lagħat oħra bħal dik li saret it-Tnejn waranofsinhar mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika isiru b’mod regolari u strutturat, sabiex l-Oppożizzjoni tkun tista’ tibqa’ tgħin b’mod konkret.

Minn naħa tagħha is-Supretendent tas-Saħħa qalet li l-għajnuna ta’ kulħadd hija prezzjuża f’dan iż-żmein u enfasizzat il-bżonn ta’ għaqda sabiex pajjiżna għal darboħra joħroġ minn din l-isfida. 

Hi saħqet li bħalissa jeħtieg l-isforz ta’ kulħadd għaliex fin-nofs hemm il-ħajjiet tan-nies.Għal din il-laqgħa il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpannjat minn Stephen Spiteri, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri u  Claudio Grech , kelliem għall-familja u s-Solidarjetà Soċjali.