Lokali

Julia Farrugia Portelli fi kwarantina; it-test irriżulta fin-negattiv

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli se tibqa’ fi kwarantina sas-Sibt minħabba li dan l-aħħar kienet f’post fejn kien hemm ħaddieħor pożittiv bil-Covid-19.

Jirriżulta li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu infurmati minn pajjiż ieħor li persuna li ġimgħa ilu kienet fl-istess post fejn attendiet hu kienet pożittiva.

Fis-1am ta’ dalgħodu Prof. Charmaine Gauci infurmatha li r-riżultat tagħha ħareġ negattiv “imma ntlabt nagħmel kwarantina sas-Sibt li ġej”, qalet Farrugia Portelli fuq Facebook.