Coronavirus Unjoni Ewropea

L-UE trid timponi travel ban fuq l-istati membri kollha

L-Unjoni Ewropea mistennija tintroduċi travel ban ta’ 30 jum fuq kull vjaġġ non-essenzjali sabiex jiprovaw jikkontrollaw it-tixrid tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen saħqet fuq twitter li hemm bżonn jieħdu miżuri drastiċi bil-għan li jipproteġu s-sistema tas-saħħa pubblika Ewropea.

Hija saħqet li inqas ma jkun hawn vjaġġar aktar nkunu nistgħu nikkontrollaw il-virus.