Lokali

‘Malta għandha titpoġġa fuq lockdown immedjat’ – Civil Society Network

CSN qiegħed jappella lil Gvern biex isegwi l-pariri tal-professjonisti mediċi u jsejjaħ lockdown tal-pajjiż sabiex titwaqqaf il-firxa ta’ COVID-19. In-numru ta’ każijiet f’Malta issa qiegħed jiżdied b’rata allarmanti. Kważi kull
każ ġie minn barra, grazzi għal ajruport illi baqa’ għal parti l-kbira miftuħ.

Ħafna professjonisti ilmentaw illi sakemm ma titteħidx azzjoni b’mod
immedjat, il-pajjiż se jbati biex jikkontrolla influss ta’ każijiet illi se jseħħ minnufih.

Fi stqarrija, ic-CSN stqarrw illi ladarba li huma l-istess professjonisti illi qegħdin jiġġieldu l-pandemika illi ħakmet lid-dinja, il-Gvern għandu jara illi jpoġġihom saħansitra qabel l-ekonomija f’dan il-każ estrem.

Il-prijorità tal-Gvern għandha tkun is-saħħa u s-sigurtà tal-poplu. Għaldaqstant, jeħtieġ illi jseħħ lockdown mill-aktar fis biex insalvaw ħajjiet umani.