Coronavirus Lokali

Robert Abela jibqa’ jirreżisti lockdown

"Il-pjan għal lockdown hu lest", imma skont Abela mhux se jdaħħlu għalissa

Wara li f’pajjiżna kellna l-ewwel infezzjonijiet ta’ Coronavirus f’Malta stess, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jirreżisti li jimponi lockdown nazzjonali. Abela għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara f’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

Meta NET NEWS saqsa dwar it-travel ban li trid timponi l-UE, Robert Abela stqarr lia ma kienx jaf b’dan.

Il-Ministru Chris Fearne minn naħa tiegħu qal li min għada se jieqfu l-operazzjonijiet mhux urġenti, biex it-tobba jkunu jistgħu jingħataw taħriġ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.