Il-band Brikkuni ftit tas-sigħat oħra se tkun qed tniedi l-album il-ġdid tagħha bl-isem ta’ Il-Ħajja, Il-Mewt, In-Nisa.
Membru ta’ din il-band ħabbar li għalkemm dan huwa perjodu iebes ħafna, il-ħajja trid tkompli, u li dan l-album jaf forsi jgħin. Huwa rringrazzja lil dawk in-nies kollha li b’xi mod dejjem taw l-appoġġ lill-Brikkuni.
“Għax x’inhi l-ħajja jekk mhux katina li ma tispiċċa qatt ta’ tifkiriet?” – Mario Vella
L-album se jkun disponibbli b’xejn fuq Bandcamp minn hawn u ftit sigħat oħra filwaqt li dalwaqt se jkun ukoll fuq Spotify u l-portali diġitali oħra ftit tal-jiem oħra.
//= $special ?>