Lokali

Argument trivjali wassal biex Niġerjan jitressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ sieħbu

Il-qtil ta’ Niġerjan nhar il-Ħadd li għadda seħħ fuq argument trivjali. Kien hemm nuqqas ta’ qtil dwar x’għandhom jixtru u jsajru fl-appartament tagħhom u dan skala bil-vittma jaqla’ daqqa ta’ sikkina waħda u spiċċa biex tilef ħajtu. Dwar dan l-omiċidju tressaq il-Qorti Okolo Innocent Okwudili ta’ 38 sena, residenti l-Qawra u li huwa wkoll Niġerjan.

Huwa tressaq il-Qorti u li xogħolu huwa li jpoġġi l-madum wieġeb mhux ħati li qatel lil Amoubi Joseph Ezechi ta’ 37 sena, ftit wara nofs il-lejl. Ironikament ftit tal-ħin qabel ma seħħ il-ħin il-mara tal-vittma welldet tarbija fin-Niġerja. Hija ppruvat tagħmel kuntatt ma’ żewġha ftit wara li welldet, iżda huwa kien diġa’ miet l-isptar Mater Dei.

L-akkużat u l-vittma kienu ħbieb u kienu jgħixu fl-istess appartament fejn Ezechi ġie Malta mill-Italja biex isib xogħol biex għalhekk huwa jkun jista’ jibgħat il-flus lil martu, xi ħaġa li diġa kien beda jagħmel.

L-akkużat għandu karta tal-identità u permess ta’ residenza Taljani u passaport Niġerjan. L-Ispettur Kurt Zahra li mexxa l-Prosekuzzjoni flimkien mal-Ispettur  Paula Ciantar qal li l-akkużat, ġie mill-Italja fit-28 ta’ Frar u ċċekkjaw mal-awtoritajiet tas-saħħa li qalulu li jekk għaddew ħmistax-il ġurnata, u ma wera ebda sintomi, seta’ jiġi interrogat. L-Avukat Yanika Bugeja deheret bħala l-avukat tal-għajnuna legali għall-akkużat.