Knisja Lokali

Caritas Malta b’servizzi fuq il-mezzi soċjali biss

Caritas Malta se tkun qed tagħti s-servizzi tagħha fuq il-mezzi soċjali biss fejn qalet li ma tistax tkompli bis-servizzi tagħha ma’ dawk l-aktar vulnerabbli bħas-soltu. Dan peress li l-Kurja tal-Arċisqof il-Floriana, minn fejn topera s-servizzi tagħhom, tinsab magħluqa.

Madankollu permezz ta’ staff professjonali, se jibqgħu jagħtu servizz kif wkoll sapport li jitkellmu ma’ min għandu bżonn, b’sistemi teknoloġiċi; email, webcams u wkoll telefonati.