Il-Belt fl-Istati Uniti ta’ San Francisco ħabbret kwarantina obbligatorja li daħlet fis-seħħ it-Tlieta.
Is-Sindku tal-Belt, London Breed, qal li ħa din il-miżura biex jitnaqqas it-tixrid tal-Covid -19, dan wara li fl-aħħar jiem żdiedu ġmielhom il-każi f’San Francisco. Huwa qal li l-ħwienet tal-ikel u l-ispiżeriji se jibqgħu miftuħa.
Din il-miżura se tibqa’ fis-seħħ sas-7 t’April.
Is-Sindku qal li għalkemm din se tħalli impatt ekonomiku fuq San Francisco, huwa tenna li din id-deċizzjoni hija essenzjali għax se ssalva n-nies.
//= $special ?>