Coronavirus Internazzjonali Saħħa

COVID-19: Berlusconi joffri 10 miljun ewro għall-kura intensiva fil-Lombardija

Dawn se jmorru biex jinħolqu 400 sala għall-kura intensiva fil-Fiera ta' Milan

L-eks-Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi, ta donazzjoni ta’ 10 miljun ewro lir-reġjun tal-Lombardija. Dawn se jmorru sabiex jinħolqu 400 sala għall-kura intensiva fil-Fiera ta’ Milan jew possibbilment għal emerġenzi oħra.

Dan tħabbar mill-Partit Forza Italia, li tiegħu Berlusconi huwa Presidenti, hekk kif il-Fiera ta’ Milan qiegħda titrasforma fi sptar bil-għan li jissaħħu r-riżorsi tas-saħħa fil-kapitali tal-Lombardija.

Minn naħa tiegħu, Silvio Berlusconi rringrazzja minn qalbu lill-eroj kollha, minn dawk il-professjoni fl-isptarijiet sa dawk li qed iwasslu x-xirjiet tal-ikel u x-xorb lill-anzjani u dawk fi kwarantina, li qegħdin fuq quddiem biex jikkumbattu l-pandemija tal-COVID-19.

Konsulent mir-Reġjun tal-Lombardija, Guido Bertolaso, li huwa involut fil-ħolqien ta’ dan l-isptar, irringrazzja lil Silvio Berlusconi għal dan il-ġest nobbli, xhieda tal-imħabba tiegħu lejn il-belt ta’ Milan u l-istat Taljan.