Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Covid-19: Jissoktaw l-ewwel testijiet għall-vaċċin

Fl-Istati Uniti bdew l-ewwel provi għall-vaċċin li b’tama se jkun qed jipproteġi kontra l-pandemija Covid-19.

Bħalissa erba’ persuni ħadu l-ewwel testijiet ta’ vaċċin li qed ikun żviluppat f’faċilità tas-saħħa f’Washington.

Il-voluntiera ngħataw dożi differenti tal-vaċċin esperimentali, dan hekk kif kull wieħed minnhom se jieħu żewġ dożi fi 28 ġurnata permezz ta’ siringa fil-muskolu ta’ fuq tad-driegħ.

Madanakollu sa issa kollox qed jirriżulta li anki jekk dawn it-testijiet inizjali jmorru tajjeb, xorta l-vaċċin jista’ jieħu sa 18-il xahar biex isir disponibbli għall-pubbliku.