Lokali Parlament

Il-fruntieri għandhom ikunu siguri biex tieqaf l-importazzjoni tal-virus

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex il-gvern isaħħaħ il-fruntieri bl-ajru u bil-baħar biex titwaqqaf l-importazzjoni tal-coroanvirus.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li l-morda qed jinvadu s-sistemi tas-saħħa Matin waqt li jeffettwaw setturi oħra tal-ħajja. Hu qal li l-coronavirus mhux se tħalli l-istess effett mal-influwenza Spanjola għaliex hawn mediċina iktar effettiva għaliex din il-pandemija se tkun storja għall-futur. Għalhekk kulħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu.

Il-miżuri li ttieħdu qed inaqqsu l-kuntatt soċjali; li hu l-prinċipju biex nevitaw iktar infezzjonijiet fil-komunità. Din hi responsabbiltà tal-gvern biex l-infurzar iħalli l-effett.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-fruniteri għandhom ikun siguri biex tieqaf l-importazzjoni tal-marda. Il-pajjiż għandu jassigrua li kull min ikollu bżonn isib il-kura meħtieġa.