Lokali Parlament

Il-gvern b’nuqqas ta’ ħila quddiem il-kriżi tal-coronavirus

Arkivji

– Edwin Vassallo, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li quddiem in-nuqqas ta’ ħila tal-gvern li jġib pakkett finanzjarju li jsolvi l-problema medika u li ħafna Maltin jispiċċaw bla xogħol, il-kelliema tal-gvern qed jirrikorru għal tattika Soċjalista tal-ġlieda tal-klassi.

Din is-sitwazzjoni tista tkun opportunità kif il-pajjiż jerġa’ jinbena u joħroġ iktar b’saħħtu filq-asam tas-saħħa. Hu kkritika l-mod kif il-Malta Enterprise m’għamlitx hot line biex iċemplu n-negozji f’dan il-mument ta’ kriżi.

Id-deputat Nazzjonalista appella lill-gvern biex jgħin bl-istess mod li qed jgħinu pajjiżi barranin u kompla li l-ħaddiema għandhom ikunu mgħejjuna. Hu qal li jekk il-gvern inaqqas il-korruzzjoni jkun jista’ jgħin lill-ħaddiema u issa qed iġelled lill-ħaddiema ma’ min iħaddem.