Lokali Parlament

Il-gvern qed jilgħab bl-għajxien tan-nies

– Robert Arrigo, PN

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-miżuri tal-gvern m’humiex effettivi u l-gvern qed jilgħab bl-għajxien tan-nies. Il-gvern mhux preparat tant li issa ħa anki lukanda f’Għawdex; il-lukandi m’humiex estenzjoni tal-isptarijiet.

L-industrija tat-turiżmu qed titlef €10 miljuni f’kanċellazzjonijiet u l-Gvern jitkellem fuq il-VAT u n-NI flok inċentivi favur il-ħaddiema. L-ossiġnu mhux se jwassal sa Ottubru, sostna Robert Arrigo, li kompla li l-ħaddiema qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar. Il-gvern għandu jsalva l-impjiegi u jgħin lil dawk li jħaddmu.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN nieda diversi proposti fosthom ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma għaliex issa l-prezz taż-żejt qed jinżel kuljum. Hu appella biex il-gvern ma jkunx kontra n-negozji għaliex dawn jikkontribwixxu bis-saħħa għall-ekonomija.

Robert Arrigo kompla li l-VAT refunds jinsabu bejn 10 xhur u sena lura u l-fuel refunds jinsabu sa sena u nfos ilu; il-gvern illum hu l-ikbar kreditur tan-negozji.