Coronavirus Sport Sport Ieħor

Il-Kampjonat tad-Dinja tas-snooker jista’ jkun f’dubju minħabba l-coronavirus

Il-Kampjonat tad-Dinja tas-snooker jinsab f’dubju wara li llum tħabbar li Crucible Theatre f’Sheffield se jkun magħluq sal-5 ta’ April minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Dan fid-dawl ta’ avviż mill-Gvern tar-Renju Unit biex jiġi llimitat il-kuntatt soċjali minħabba s-saħħa. B’hekk ifisser li l-44 edizzjoni tal-Kampjonat tad-Dinja tas-snooker li hi skedata bejn it-18 ta’ April u l-4 ta’ Mejju, tinsab f’dubju.

Il-World Snooker Tour ħassret it-Tour Championship li kellu jibda llum. L-istqarrija tal-World Snooker Tour kompliet li deċiżjonijiet dwar tournaments oħra jsiru fiż-żmien opportun filwaqt li se jkomplu jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet.