Lokali Parlament

Il-miżuri li ħabbar il-gvern m’humiex effettivi

– Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-miżuri li ħabbar il-gvern quddiem il-kriżi tal-coronavirus m’humiex effettivi u ma jindirizzawx l-isfidi li qed jiffaċċjaw in-negozji; dan qed tgħidu l-MEA, il-GRTU, in-negozjanti u l-Kamra tal-Kummerċ.

Fil-parlamen hu kkwota minn diversi stqarrijiet ta’ imprenituri li qed isostnu li l-miżuri tal-gvern mhux effettivi; il-gvern irid jifhem li dan hu żmien kruċjali għan-negozju. Ħafna negozji u impjiegi m’għandhomx ħajja twila jekk ma jittieħdux il-miżuri. Il-gvern għadu mhux jifhem li min iħaddem u min jaħdem huma fl-istess munita.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jikkunsidra sospensjoni ta’ ħlasijiet, diskussjonijiet mal-banek għall-buisness loans, sussidju fuq kirjiet u moratorju fuq kirjiet kummerċjali li jiħbor il-gvern.

Il-gvern għandu juża fondi addizjzonali beix jgħin setturi li jħaddmu 60,000 fit-turiżmu; fejn ix-xogħol hu mdendel. Il-miżuri għandhom jitħabbru llum qabel għada għax in-negozju qed jieħdu d-deċiżjonijiet kuljum. Il-gvern għandu joħloq fond fl-interess tan-negozji u l-ħaddiema tagħhom. Il-gevrn ilu snin jiftaħar bis-surplus u jonfoq bla rażan in-nefqa rikorrenti.