Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa

“Is-sitwazzjoni ma ttiħditx bis-serjetà”

Hekk kif it-tixrid tal-COVID-19 kulma jmur, qiegħed dejjem jiżdied, l-ekomomija dinjija qed tkompli tintlaqat b’mod ħażin.

Waqt kollegament dirett ma’ Ruma fil-programm Net Live, Robert Cremona tkellem ma’ Andrea Pastorelli, li flimkien mar-raġel tiegħu, jgħixu fil-kapitali Taljana.  

Pastorelli jispjega b’mod car l-impatt kbir u negattiv tal-Coronavirus fuq l-ekonomija Taljana.

Il-kapitali Taljana, bhall-kumplament tal-pajjiz, ilha taħt lockdown għal numru ta’ granet. Andrea Pastorelli qalilna li fil-bidu ħadd ma ħa din is-sitwazzjoni b’mod serju…dan sakemm kien ċar li il-virus kien qed jinxtered b’rata allarmanti.  

Għalkemm Andrea jgħid li huwa inkwetat dwar il-mod kif il-COVID-19 qed jinxtered fi żmien daqstant qasir, jinsab ottimist li permezz tal-lockdown li daħlet fis-seħħ il-ġimgħa li għaddiet, mistennija jaraw ċaqliqa pożittiva fil-jiem li ġejin.

Pastorelli jispjega li r-raġel tiegħu sfortunatament ittestja pozittiv ghall-COVID-19, u wisq probabbli anke hu se jittestja pożittiv…iżda jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.

Finalment huwa jappella lil kulħadd sabiex jagħmel il-parti tiegġu ħalli jitnaqqas it-tixrid ta’ dan il-virus.