Lokali Parlament

Jeħtieġ messaġġ ta’ tama u kuraġġ lill-ħaddiema u l-imprendituri

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex f’dan il-mument jiddaħħlu inizjattivi kemm favur il-ħaddiema kif ukoll favur l-imprendituri.

Fil-parlament Claudio Grech qal li l-Oppożizzjoni qed tappella għal- lockdown li jingħalqu l-iskejjel u jitnaqqas il-kuntatt għaliex hawn obbligu li l-persuni vulernabbli ma jitpoġġewx f’riskju.

Jekk jibqgħu jittieħdu d-deċiżjoniet biex jinqatgħu l-kuntatti, r-riskju jkunu qed jiġu salvati l-ħajjiet. L-Oppożizzjoni tisħaq li jridu jittieħdu l-aktar miżuri drastiċi biex il-kuntatt jinqata’.

Il-miżuri se jwasslu għal effetti ekonomiċi u l-PN qed jinsisti li dan jitnaqqas minn fuq il-ħaddiema. Dan se jwassal għal riżultati mhux mixtieqa fejn intrapriżi li ma joperawx. Dawn se jkollhom iwaqqfu l-impjegati. Il-pajjiż irid jaġixxi qabel isseħħ din is-sitwazzjoni u qabel ikun tard wisq.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-leave tal-kwarantina m’għandux jinġarr mill-intrapriżi u li l-gvern jiffinanzja nofs is-salarji fl-intrapriżi li jikkommettu li se jżommu lill-ħaddiema.

Il-pajjiż irid jibgħat messaġġ ta’ tama li l-ħaddiema bi dħul baxx jew medju mhux se jkunu abbandunati. Il-PN lest jappoġġja lill-gvern biex il-ħaddiema ma jispiċċawx bla xogħol. Jeħtieġ li jintbagħat sinjal ta’ tama u kuraġġ biex kif jgħaddi l-maltemp il-pajjiż jerġa’ jinbena, sostna Claudio Grech.