Il-Gvern tar-Renju Unit ħareġ twissija liċ-ċittadini tiegħu biex ma jivjaġġawx barra minn pajjiżhom. It-twissija għalissa hija valida għal 30 ġurnata u l-awtoritajiet qed jisħqu li vjaġġar li mhux ta’ bżonn urġenti għandu jiġi evitat għal kollox.
It-twissija ħarġet ftit tal-ħin ilu hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 qed tkompli tikber u tinfirex f’ħafna pajjiżi Ewropej imma anke fl-Ingilterra.
F’pajjiżna llum ġew ikkonfermati żewġ każijiet ġodda ta’ persuni li ġew lura mill-Ingilterra ftit tal-jiem ilu, b’indikazzjoni ċara li l-virus f’dawn iż-żewġ każi ġie impurtat mir-Renju Unit.
//= $special ?>