Avviż legali li ħareġ ftit tal-ħin ilu jgħid li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa għall-istudenti u l-edukaturi b’mod indefinit sakemm tiddeċiedi li jistgħu jerġgħu jinfetħu s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Prim MInistru flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici kienu ħabbru l-għeluq tal-iskejjel b’mod temporanju sa nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu, madankollu l-avviż legali tal-lejla jgħid li issa dan l-għeluq ġie estiż għal perjodu indefinit. L-avviż legali jidħol fis-seħħ nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu.
Dan l-għeluq qed isir hekk kif pajjiżna, bħal bosta pajjiżi fl-Ewropa u madwar id-dinja qiegħed jiġġieled kontra l-imxija tal-Covid-19.
Sa issa f’pajjiżna kienu rreġistrati 38 każ ta’ infezzjoni, bin-numri mistennija jibqgħu jiżdiedu fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>