Coronavirus Edukazzjoni Lokali Saħħa

L-istudenti tal-ITS ikomplu l-istudji tagħhom online

Saru arranġamenti sabiex jirritornaw studenti Maltin minn Franza

Minkejja li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, għalaq il-bibien tiegħu bħal kwalunkwe Istituzzjoni Edukattiva Terzjarja minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-istudenti tal-ITS se jkomplu bl-istudji tagħhom online fil-komfort ta’ darhom permezz tal-għodda diġitali li diġà jużaw.

Dan it-tagħlim, li sar bi qbil mal-MUT, beda mit-Tnejn, bl-għalliema jħaddmu diversi modi ta’ tagħlim online u sa issa, skont il-Kap Eżekuttiv, Pierre Fenech, kollox mexa ħarir.

Saru l-arranġamenti meħtieġa ukoll biex l-istudenti tal-Baċellerat fl-ITS jirritornaw lura Malta mill-istudji tagħhom fl-Istitut Paul Bocuse fi Franza u jissuktaw l-istudji tagħhom lokalment. Minkejja dan, l-istudenti tal-ITS li bħalissa qed jistudjaw fl-Università Haaga-Helia fil-Finlandja se jissuktaw l-istudji tagħhom online.