Internazzjonali

L-Italja: 2,503 mejtin mill-coronavirus (s’issa)

L-aħħar statistika mill-Italja kkonfermat l-2,503 mewta mill-coronavirus (Covid-19) fil-pajjiż – jiġfieri 345 aktar mit-total ta’ nhar it-Tnejn.

Sadanittant, il-każi tal-infezzjoni fl-Italja fuq livell nazzjonali kienu stabbiliti mal-31,506.

Fl-istess ħin, l-ammont ta’ nies li rkupraw mill-effetti tal-coronavirus fl-Italja telgħu minn 2,749 għal 2,941.

Il-Ministeru tas-Saħħa Taljan sadanittant iffirma digriet li kulmin jirritorna minn vjaġġ barra l-Italja jeħtieġ jibqa’ taħt iżolament ( maqtugħ mis-soċjetà) anki jekk ma jkunx qed juri sintomi tal-coronavirus.