Lokali Saħħa

L-MIA tgħid li ntużat il-proċedura ta’ fumigazzjoni

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi stqarrija qal li jixtieq jiċċara l-fatt li kontra għal dak li ngħad, intużaw il-proċeduri ta’ fumigazzjoni wara li passiġġier ittestja pożittiv għall-Covid-19 nhar it-Tnejn li għadda.

L-MIA qalet li għall-kuntrarju ta’ xi rapporti li deheru f’xi sezzjoni tal-media, saru l-proċeduri stabbiliti u l-kamra ta’ minn fejn il-passiġġier inżamm kienet imndaffa mill-ewwel.

Fil-fatt b’mod immedjat hekk kif il-kamra ġiet vakata l-proċess ta’ tindif sar kif indikat mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn saħansitra nħawi oħra tal-ajruports ġew ukoll fumigati biex ikun minimmiżat kull riskju.

Il-kumpanija qalet ukoll li qed tieħu numru ta’ miżuri oħra, li jinkludu l-installazzjoni ta’ numru sinifikanti ta’ sanitisers, l-introduzzjoni ta’ aktar tindif, biex jiġi kontrollat l-iffullar, kampanji biex wieħed ikun aktar konxju, u biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà u s-saħħa tal-impjegati u l-mistiedna tal-ajruport.

L-MIA qed tisħaq mal-media u ndividwi oħra privati biex jeżerċitaw prudenza f’mument tant sensittiv, li jista’ jkun stressanti għal dawk li qegħdin jiffaċċaw il-ħaddiema tal-ajruport. Il-kumpanija qalet li tixtieq tieħu l-opportuniutà biex tirringrazzjoni lill-ħaddiema tal-ajruport għas-sapport u mpenn għas-serviiz mogħti minnhom, b’mod patikolari lit-tim involut li qiegħed jaħdem mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Finalment il-kumpanija qalet li l-priorità tagħha hija dejjem is-saħħa tal-ħaddiema tagħha, u l-wegħdiet li tibqa’ tagħmel l-almu tagħha kollha, b’kollaborazzjoni viċina mal-awtoritajiet, biex tissavagwardja lilhom u lill-familji tagħhom.