Coronavirus Internazzjonali Lokali Unjoni Ewropea

L-UE se tagħlaq il-fruntieri għal 30 jum

Ritratt: Malta International Airport plc

Wara pressjoni kbira fuq il-Gvern Malti mingħajr ma ħa ebda deċiżjoni, kienet l-Unjoni Ewropea li ddeċidiet li tagħlaq il-fruntieri tal-pajjiżi membri għt-30 ġurnata li jmiss

Dan tħabbar wara laqgħa bejn il-mexxeja tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li saret it-Tlieta filgħaxija.

L-Italja issa għandha kważi terz tal-imwiet fid-dinja każa tal-coronavirus hekk kif tħabbru 345 fatalità oħra fl-aħħar 24 siegħa, b’hekk l-imwiet fl-Ewropa qabżlu l-2,500.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Hans Henri Kluge, id-direttur reġjonali tal-Organizzazzjonijiet Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa, qal li 152 pajjiż issa kienu affettwati mill-COVID-19, u għalekk din ħolqot “realtà ġdida” għal miljuni ta’ nies madwar id-dinja.

“L-Ewropa hija l-epiċentru tal-ewwel pandemija ta’ u kull pajjiż, mingħajr l-ebda eċċezzjoni, jeħtieġ li jieħu azzjonijiet qalbiena biex iwaqqaf jew inaqqas il-firxa tal-virus.” qal Kluge.

L-aġenzija tal-protezzjoni ċivili tal-Italja qalet li kien hemm aktar minn 3,500 infezzjoni ġdida u li s-sodod għall-kura intensiva imtlew f’Bergamo.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von Der Leyen ikkonfermat li l-Unjoni Ewropea qed tagħlaq il-fruntieri tal-UE għal 30 jum.

Franza u Spanja kienu diġa taħt lockdown filwaqt li l-Gvern Malti baqa’ qatt ma ħa l-istess deċiżjoni.

Ir-Renju Unit – li ra 400 każ ġdid f’24 siegħa biss – ħeġġeġ lill-Ingliżi biex jitbiegħdu soċjalment u jibqgħu ‘l bogħod mill-bars, klabbs u ristoranti.

Fl-aħħar ħinijiet ir-Renju Unit ħabbar €360 biljun f’self u kreditu lin-negozji Ingliżi biex jipproteġihom minn kwalunkwe falliment. Spanja ħabbret xi ħaġa simili b’pakkett ta’ €200.

Pakketti simili f’Malta baqgħu s’issa qatt ma kienu mħabbra.