Coronavirus Futbol Sport

Matuidi t-tieni plejer ta’ Juventus pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Blase Matuidi ġie konfermat pożittiv għall-coronavirus wara li kien il-klabb tiegħu stess li kkonferma l-aħbar. Il-midfielder Franċiż jinsab f’kundizzjoni tajba u fil-preżent hu iżolat u se jkompli jkun segwit mill-persuni mediċi. Matuidi sar it-tieni plejer pożittiv għal dan il-virus wara li l-ġimgħa l-oħra kien Daniele Rugani li sar l-ewwel plejer fis-Serie A b’dan il-virus.

Minn dakinhar fis-Serie A, instabu pożittivi wkoll Manolo Gabbiadini, Albin Ekdal, Antonino La Gumina, Morten Thorsby, Fabio Depaoli u Bartosz Bereszynski ta’ Sampdoria flimkien mat-tabib Amedeo Baldari. Il-plejers ta’ Fiorentina Dusan Vlahovic, Patrick Cutrone u German Pezzella wkoll instabu pożittivi għal dan il-virus.