Lokali Parlament

Problema kbira għas-soċjetà bil-ħaddiema barranin li issa se jispiċċaw bla xogħol

Arkivji

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li s-sitwazzjoni preżenti se ġġib problema kbira fil-komunità Maltija minħabba n-numru kbir ta’ ħaddiema barranin li issa se jipiċċaw bla xogħol; bil-possibbiltà li tikber il-kriminalità fil-pajjiż.

Fil-parlament Beppe Fenech Adami tkellem dwar il-pulizija u rringrazzjahom għall-ħidma li qed iwettqu u qal li hawn sitwazzjoni fejn hawn kollass ekonomiku fejn numru ta’ imprendituri qed ikeċċu l-ħaddiema. Il-pajjiż, il-gvern, bena ekonomija fuq numru enormi ta’ ħaddiema barranin b’pagi viċin il-paga minima u hawn eluf ta’ ħaddiema fl-ospitalità li qed jiffaċċjaw it-terminazzjoni tal-impjieg.

Dwar is-sigurtà hu qal li hawn eluf ta’ nies li tilfu xogħlhom u jinsabu f’diffikultajiet kbar. Dawn il-barranin kienu qed jaqilgħu paga sa €1,000 u ma jġemmgħu xejn waqt li jħallsu l-kirjiet iżda issa dawn qed isibu ruħhom fi problema finanzjarja kbira. Din ir-realtà se toħloq diskonfort fis-soċjeta għax se jkun hawn nies li ma jistgħux jgħixu ħajja ta’ kwalità.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn mijiet ta’ barranin mqabudin fil-pajiż u għalhekk il-Ministeru tal-Intern għandu jaħseb għall-possibbili żieda fil-kriminalità u ta’ serq. Hu kompla li hawn mijiet ta’ kuntratti terminati fil-konsegwenza li dawn il-ħaddiema se jipiċċaw barra fit-tirq.

Dwar il-ħabsijiet hu qal li s-sitwzzjoni tista tkun perikoluża. Hemm iktar minn 200 ċella li fihom hemm iktar minn ħabsi wieħed minn iktar minn 400 ċella. Dan ifisser li hemm sitwazzjoni perikoluża ħafna fil-ħabs bil-possibbiltà li jkun hemm numru kbir ta’ każi.

Hu semma’ l-FAM u qal li l-immigrazzjoni mhux se titlaq mill-pajjiż. Jeħtieġ jittieħdu l-miżuri dwar l-uffiċċjali tal-immigrazzjoni fl-ajruport biex l-iscreeing isir qabel u mhux wara li jgħaddu l-persuni għaliex issa hawn l-istorja tal-persuna Spanjola li kien pożittiv għall-virus.

Jirriżulta li mhux il-erpsuni kollha li kellhom kuntatt ma’ din il-persuna kienu ittestjati minħabba li din kellha kuntatt ma numru kir ta’ ħaddiema fl-ajruport minħabba studenti oħra. Il-pajjiż irid jevita inkwiet soċjali li jista’ jinqala, sostna Beppe Fenech Adami.