Coronavirus Ekonomija Lokali

“Se jkun hawn is-sensji” – Paul Abela

Wara l-messaġġ qawwi li għadda il-President taċ-Chamber tal-SMEs Paul Abela lill-Prim Ministru Robert Abela… s’issa l-Gvern għadu ma ħa l-ebda miżura konkreta biex jgħin lin-negozji li jinsabu f’xifer falliment kawża tal-Coronavirus.

Paul Abela saħaq li dak li ħabbar il-Gvern ma jiswa xejn għax in-negozji li jridu jħallsu l-VAT u l-bolla tard, mhux ser ikunu hawn biex iħallsuhom.

Il-President taċ-Chamber tal-SMEs iddikjara li l-ekonomija se tikkollassa, u l-impjiegi ser ikunu qed jintilfu… għax l-inċentivi tal-Gvern mhu se jwasslu mkien.

Paul Abel qal li l-Gvern għandu jħallas hu il-leave meħud minħabba kwaratina ….anke għaliex jekk kumpanija tkeċċi n-nies għax tfalli, se tizdied in-nefqa li l-Gvern xorta jrid joħroġ f’benefiċċji soċjali.

Fl-aħħar jiem, il-Gvern tan-Norvegja habbar li se jkun qed iħallas 75% tal-pagi tas-settur privat filwaqt li l-Gvern Taljan se jkun qed iħallas 35 biljun biex jgħin lin-negozji l-aktar milqutin mill-kriżi tal-Coronavirus.

Intant, il-President tal-MHRA Tony Zahra qed jishaq illi tezisti l-ħtieġa urġenti biex il-lukandiera jingħataw għajnuna halli jżommu l-impjiegi tal-ħaddiema.

F’kummenti lit-Times, hu qal illi d-dħul mit-turisiti waqaf kompletament, u li l-lukanda xorta jridu jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li għandhom. Dan kollu mhuwiex sostenibbli.

Tony Zahra qal li ħadd ma jaf meta din il-kriżi se tispiċċa.