Lokali Parlament

Steward inħbew għal kollox quddiem din il-kriżi

(Arkivji)

– Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said kkritika lil Steward għall-mod kif f’dan il-mument, Stewrrd – li xtraw l-isptarijiet Maltin – inħbew għal kollox.

Fil-parlament Chris Said tkellem dwar Għawdex u qal li Steward hi assenti għal kollox; inħbiet meta din tmexxi l-isptarijiet Maltin u dak f’Għawdex. Hu staqsa x’qed jagħmlu Steward f’din is-sitwazzjoni, jekk hemmx biżżejjed sodod, x’apparat ordnaw f’Għawdex u jekk l-1,000 ħaddiem fis-settur mediku f’Gaħwdex ingħatawx it-taħriġ meħtieġ.

Suppost li sa Ġunju, Steward lestew sptar ġdid b’460 sodda iżda dan ma sarx waqt li huma waħdu €240 miljun. Dawn għandhom jirrispondu u jagħmlu t-tħejjijiet skont il-kuntratti.

Għawdex se jkollu diversi effetti fil-kriżi fosthom fit-turiżmu fejn f’Għawdex il-GDP jammonta għal 50% tal-ekonomija. Prattikament kollox diġà għalaq f’Għawdex. Hemm ukoll l-iżbilanċ ekonmiku bejn Malta u Għawdex li kiber bi 15%; li tfisser li f’dawn il-mument se jbatu l-aktar il-ħaddiema Għawdxin fejn hemm pagi inqas minn Malta. Hu tkellem dwr il-kummerċ f’Għawdex u dwar il-miżuri li ħabbret il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex biex jissaħħaħ dan is-settur.