Lokali

Talba mill-lukandiera biex jiġu megħjuna mill-Gvern fil-ħlas tas-salarji

Il-President tal-MHRA Tony Zahra

Hemm il-ħtieġa urġenti biex il-lukandiera jingħataw għajnuna biex iżommu l-ħaddiema fil-post tax-xogħol. Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u ristoranti (MHRA) Tony Zahra qal dan meta kien qed jitkellem mal-ġurnal Times of Malta.

Huwa qal li din hija matematika sempliċi fejn l-akkomodazzjoni bħalissa hija vojta. Qal li d-dħul mit-turisiti waqaf kompletament, u li l-lukanda xorta jridu jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li għandhom. Dan kollu mhuwiex sostenibbli.

Zahra qal li permezz ta’ ‘lockdown’ għat-turisti lin jridu jagħlu 14-il ġurnata kwarantina mandatorju, u dan huwa l-agħar perjodu għal dan is-settur li lanqas biss ħadd ma jaf meta din il-kriżi se tispiċċa.

Il-President tal-MHRA qal li l-Gvern qed jisma’ t-talbiet għas-sapport li qegħda tagħmel l-industrija. Huwa rrikonoxxa li l-għajnuna li ta l-Gvern fuq t-taxxa, imma tenna li hemm bżonn li jsirn aktar u dan biex ħaddiema fil-lukandi ma jispiċċawx bla xogħol.

“Għandna bżonn għajnuna fejn jidħlu salarji għax mhux possibbli li wieħed jiffinanzja l-pagi meta xejn mhuwa dieħel”, qal Zahra. Kompla jgħid l-MHRA qed tipproponi mudell li tgħin lill-industrija, u dan biex tilqa’ għall-maltemp għax-xahrejn jew tliet xhur li ġejjin.

“Ninsab fi żgur li hemm sidien li qeegħdin jikkunsidraw li jagħlqu l-operat. Jekk il-lukanda tiegħek tinsab vojta, ma hemm l-ebda ħtieġa, li tħalliha miftuħa. L-industrija tixtieq li żżomm il-ħaddiema kollha tagħha, u xi miżuri diġa’ ttieħdu, fosthom li l-ħaddiema ntalbu biex jieħdu l-leave tagħhom, madankollu l-Gvern għandu jagħti s-sapport tiegħu. Qed inqum bil-lejl naħseb li dak li qed jiġri hija biss ħolma kerha,” temm jgħid Tony Zahra.