Coronavirus Sport Sport Ieħor

Tinbidel id-data tal-Open ta’ Franza

(Ritratt: EPA)

L-Open ta’ Franza mexa lejn Settembru u Ottubru riżultat tal-pandemija tal-coronavirus. L-avveniment f’Rolland Garros kellu jibda fl-24 ta’ Mejju u jispiċċa fis-7 ta’ Ġunju iżda minflok hu skedat li jintlagħab bejn l-20 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru. Dan ifisser li d-data l-ġdida hi biss ġimgħa wara li jintemm l-Open tal-Istati Uniti fi New York. It-tennis professjonali madwar id-dinja jinsab sospiż sal-20 ta’ April.

L-Open ta’ Franza hu normalment it-tieni Grand Slam tas-sena u jġib fi tmiemu l-istaġun fuq court tat-tafal. B’dan it-tibdil l-Open ta’ Franza mistenni li jkun l-aħħar Grand Slam tas-sena. Id-data l-ġdida taħbat mal-Laver Cup li hu avveniment annwali bejn tim mill-Ewropa u ieħor mill-kumplament tad-dinja.

Il-Federazzjoni Franċiża tat-tennis qalet li l-għażla saret biex tiggarantixxi s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk kollha li huma attivi fil-preparazzjoni tat-tournament. L-istqarrija kompliet tgħid li għalkemm ħadd ma jaf is-sitwazzjoni ta’ saħħa fit-18 ta’ Mejju, il-miżura ta’ lockdown li tħabbret mill-Prim Ministru Franċiż Emmanuel Macron, tagħmilha impossibbli li tipprepara u torganizza.