L-attur Amerikan Tom Hanks u martu Rita Wilson inħarġu mill-isptar li kienu jinsabu fih fl-Awstralja wara li ngħataw kura intensiva għall-Coronavirus.
Il-koppja, li issa jinsabu fi kwarantina f’dar mikrija fi Queensland kienu ħabbru li kienu ttestjaw pożittivi l-ġimgħa li għaddiet.
Fl-Awstralja preżentament hemm 375 każ ta’ Covid-19.
Fil-post tiegħu ta’ Instagram huwa kien irringrazzja lil kull min qiegħed jgħin u kien qiegħed jagħti l-kura medika kemm lilu, u kif ukoll lil martu.