Il-kumpanija Volkswagen qegħda tipprepara biex twaqqaf il-produzzjoni tal-karozzi fl-impjanti tagħha fil-Ġermanja u fl-Ewropa minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Dan hekk kif ġiet interrotta il-katina li tissupplixxi il-karozzi u nstabtet id-domanda għall-Volkswagen.
Fost l-impjanti li se jkunu affettwati sa tmiem il-ġimgħa hemm dawk fi Spanja, f’Setubal, fi Bratislava fl-Islovakkja u dawk tal-Lamborghini u Ducati fl-Italja.
Dan skont il-Kap Eżekuttiv tal-Volkswagen, Herbert Diess, li kompla jgħid kif bosta mill-impjanti Ġermaniżi u Ewropej se jwaqqfu l-produzzjoni probabbilment għal dawn il-ħmistax jew it-tliet ġimgħat li ġejjin.
Il-problema għall-Islovakkja hija aktar prekarja peress li l-impjant fi Bratislava huwa l-akbar post tax-xogħol li jimpjega Slovakki fis-settur privat. Il-Prim Ministru Slovakk, Peter Pellegrinim, il-Ħadd qal li potenzjalment kien hemm każ ta’ COVID-19 f’dan l-impjant.
//= $special ?>