Lokali

L-anzjan ta’ 72 sena li nstab mejjet f’residenza fil-Belt miet mewta naturali

Ir-raġel li nstab mejjet f’terran il-Belt Valletta għall-ħabta tas-1:45pm f’residenza fi Triq Marsamxett il-Belt Valletta, miet mewta naturali. Dwar din il-mewta kien infurmat ukoll il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li kkonferma li rriżulta li ma kien ebda aġir kriminali li seta’ wassal għal mewt tiegħu.

L-investigazzjoni tal-Pulizija stabbilit dan kollu fejn persuni mid-Dipartiment tas-saħħa marru fuq il-post fejn wara testijiet mediċi li saru ċċertifikaw lil anzjan mejjet. Ittieħdu wkoll il-prekawzjonijiet kollha waqt li r-raġel kien qiegħed jiġi ttestjat.