Lokali

Arrestat wara li prova jidħol jisraq f’residenza f’Tas-Sliema

Mas-sitt vetturi mis-sezzjoni tal-Pulizija tal-RIU ġew msejħa fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema wara li allegatament barrani prova jwettaq serqa.

Il-każ seħħ ftit qabel is-sitta ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija rċevew rapport li kien hemm persuna tgħajjat għall-għajjut wara li allegatament raġel kien qed jipprova jidħol fir-residenza tal-vittma sabiex jisraq.

Malli waslu fuq il-post ir-raġel ta’ nazzjonalità Taljana ħarab jiġri madanakollu r-raġel ta’ 38 sena nqabad ftit tal-ħin wara mill-Pulizija u ttieħed l-Għassa ta’ Tas-Sliema għall-aktar stħarriġ.