Coronavirus Lokali

“Il-Gvern għandu jimplimenta l-proposti konkreti li għamlet l-Oppożizzjoni” – SĦPN

Is-Solidarjetà Ħaddiem Partit Nazzjonalista (SĦPN) turi solidarjetà mal-ħaddiema kollha f’dan iż-żmien diffiċli. Tifhem l-inkwiet li għaddejjin minnu għadd ta’ ħaddiema, kemm dawk li digà tilfu l-impjieg tagħhom kif ukoll dawk li qegħdin imdendlin. Fid-dawl ta’ dan kollu, SĦPN tistenna bla iżjed dewmien li l-Gvern jassisti b’mod immedjat kemm lill-ħaddiema li spiċċaw bla xogħol, kemm lis-self-employed kif ukoll lil min iħaddem sabiex ilħaddiema tagħhom ikunu jistgħu jkomplu ghaddejin.

Għalhekk għandu jimplimenta lproposti konkreti tal-Oppożizzjoni biex insalvaw l-impjiegi billi:

· L-quarantine leave għandha titħallas kollha mill-Gvern. · Il-Gvern għandu jagħmel tajjeb għal 50% tas-salarji illi jiġu capped wara li ssir konsultazzjoni mal-Korpi Kostitwiti ħalli b’hekk nassiguraw illi ma jkunx hemm sensji bla bżonn.

· Il-Gvern għandu jidħol hu mas-settur bankarju, illi diġà nafu li teżisti likwidità kbira fil-banek tagħna, li naslu għal arranġament biex jiġu posposti l-ħlasijiet fuq ilfaċilitajiet tas-self.

· Fl-istess ħin jinħoloq pakkett ta’ self ġdid għal min jeħtieġlu, fejn il-Gvern jagħmel tajjeb bħala garanzija ħalli b’hekk l-ewwel xhur ikun hemm moratorju tal-ħlas u r-rati tal-imgħax ikun l-inqas possibbli.

Il-Gvern ma sab l-ebda diffikultà jagħti €240 miljun lil Vitals u Steward, ma sab l-ebda diffikultà jagħmel tajjeb għall-kumpaniji tal-enerġija u għalhekk, bla ebda dewmien iżjed, għandu jisma’ u jwettaq il-proposti tal-Oppożizzjoni sabiex iserraħ moħħ il-ħaddiema, min iħaddem u n-negozji. L-SĦPN titlob lill-Gvern li f’dan iż-żmien, fejn Malta għandha tingħaqad, ma jkomplix bl-għebusija tar-ras.

Tħeġġu wkoll biex f’gieh il-ħaddiema u n-negozji tagħna, jiddiskuti immedjatament il-proposti tal-Oppożizzjoni sabiex flimkien naslu żgur.

L-istqarriji kienet iffirmata minn Ivan Castillo, President Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) u Karl Gouder, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Ikkummenta