Kummerċ Lokali

Il-kumpanija Benna qed taħdem biex iżżomm il-provvista

Il-Kumpanija Malta Dairy Products Ltd. (MDP), li tifforma parti minn KPH Group Ltd., tinsab imħassba fuq kull tip ta’ tfixkil li l-kriżi tal-Covid-19 tista’ tkun qed tikkaġuna lilek u lill-familja tiegħek.

Filwaqt li napprezzaw li ħafna mill-prodotti tagħna qegħdin jinbiegħu b’rata mgħaġġla minħabba li ddomanda żdiedet, nixtiequ naċċertaw lill-klijenti tagħna li tul dawn iż-żminijiet diffiċli, l-impjegati ddedikati tagħna qegħdin jaħdmu bla waqfien u b’impenn kbir sabiex niżguraw li din id-domanda għall-prodotti tagħna tintlaħaq.

Nixtiequ wkoll nieħdu din l-opportunita` sabiex nirringrazzjaw lill-bosta raħħala tagħna talli ta’ kuljum ifornuna bil-ħalib nej, li jippermettilna nipproduċu varjeta` sħiħa ta’ prodotti friski li wieħed jista’ jaċċessahom faċilment, u li aħna kburin li nippakkjawhom taħt l-isem ‘Benna’.

Il-ħalib frisk ippasturizzat ilu jitqassam madwar Malta sa mill-1938. Il-Kumpanija MDP tkompli taħdem sabiex tipprovdi lill-klijenti tagħha bi provvista kontinwa ta’ prodotti friski u tajbin għas-saħħa, li huma lqalba tal-Koperattiva.

Tul dawn iż-żminijiet diffiċli, aħna kburin li nappoġġjaw lill-komunita` tagħna u bi pjaċir nagħtu l-prodotti friski tagħna bħala donazzjoni lil dawk il-persuni li qegħdin jiddedikaw il-ħiliet u sservizzi tagħhom għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor, inkluż il-professjonisti tas-saħħa fid-Direttorat talPromozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, u l-Misteru għas-Saħħa.

Tul dawn is-snin affaċċjajna diversi sitwazzjonijiet ta’ kriżi u f’kull okkażjoni bqajna nikbru grazzi għallklijenti tagħna u għan-nies tagħna. F’isem in-nies kollha tal-MDP u tal-KPH Group, nixtiequ nirringrazzjawk tal-lealta` kontinwa tiegħek.

Aħna ninsabu ppreparati sew sabiex naffaċċjaw dawn iż-żminijiet ta’ sfida li jinsabu quddiemna, u qegħdin naħdmu bis-sħiħ sabiex niżguraw provvista kontinwa tal-prodotti favoriti tiegħek Benna u naċċertaw li jibqgħu fuq il-mejda tiegħek kuljum.

Malta Dairy Products Ltd. hija kumpanija sussidjarja ta’ KPH Group Ltd., Koperattiva li tgħaqqad lirraħħala kollha tal-ħalib u li ilha tipprovdi lill-komunita` ħalib frisk u prodotti oħrajn magħmulin mill-ħalib frisk sa mill-1938.