Lokali Parlament

Il-Ministru Scicluna jattakka lill-PN b’mod partiġġjan flok iwieġeb dwar il-coronavirus

Il-Ministru Edward Scicluna attakka lill-PN dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari fil-parlament ftit minuti ilu.

Minflok wieġeb il-mistoqsijiet tad-deputati Nazzjonalisti Hermann Schiavone u Ryan Callus dwar il-pakkett ta’ għajnuna li l-gvern hu mitlub li jagħti lil diversi setturi tal-ekonomija, il-Ministru tal-Finanzi attakka lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li mhix kapaċi żżomm il-finanzi tagħha.

Dan il-kumment ġab ir-reazzjoni ta’ diversi deputati Nazzjonalisti fejn id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, fuq point of order, qal li hu tal-mistħija li f’dn il-mumentt tant delikat il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jkun partiġġjan u jattakka lill-PN.