Lokali Parlament

Il-parlament għandu jibqa’ jiffunzjona anki jekk isir lockdown

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-pajjiż jinsab fi gwerra kontra marda u l-parlament għandu jibqa’ miftuħ u jopera jiġri x’jiġri fil-pajjiż anzi jekk ikun hawn lockdown. Jekk il-parlament jieqaf jopera l-Oppożizzjoni ma jkollhiex fejn tressaq l-ilment u l-esperjenzi tan-nies.

Hu tkellem dwar diversi setturi fosthom dak li qed iseħħ fil-pitkalija fejn m’hemmx ordni. Hawn raħħala li qed jibżgħu li jekk tiġi l-lockdown għandu jkun assigurat li prodotti essenzjali jistgħu jinxtraw u servizzi jistgħu jingħataw.

Edwin Vassalo ppropona li jkun hemm servizz ta’ telefonati ta’ għajnuna lil min jeħtieġhom. Il-bejgħ tal-ħaxix frisk u tal-laħam għandhom ikunu pprovduti, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-aċċess għall-prodotti tal-bdiewa Maltin għandhom ikunu apprezzati.

Hu appella li tinħadem l-art kollha li hawn fil-pajjiż u biex l-art li kienet se tittieħed fil-Magħtab terġa’ tingħata lura lill-bdiewa.