Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-perjodu tal-għeluq tal-iskejjel

Permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Iżvilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21 Clyde Puli, Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ id-deċiżjoni tal-estensjoni tal-perjodu tal-għeluq tal-iskejjel sabiex fl-aqwa interess ta’ uliedna u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu nikkumbattu l-imxija tal-COVID-19.

Id-deċiżjoni tal-estensjoni turi li t-talba ta’ sitt ijiem ilu mill-Oppożizzjoni biex jingħalqu l-iskejjel kienet talba għaqlija u bżonnjuża.