– David Thake, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li l-Prim Ministru żamm l-ajruport miftuħ sakemm irritorna Joseph Muscat minn Londra; b’riskju għas-saħħa tal-poplu.
Fl-ewwel diskors tiegħu fil-parlament David Thake qal li d-dinja tinsab f’sitwazzjoni diffiċli minħabba l-coronavirus u sostna li din is-sitwazzjoni qed teffettwa kullimkien. Minkejja dan, hemm ukoll l-aspett pożittiv li issa l-ġirien qed jerġgħu isibu l-aspett ta’ għaqda bejniethom. Hu sellem lill-ħaddiema kollha fis-settur mediku u lill-Ministru tas-Saħħa u appella biex il-pariri li qed jagħtu t-tobba jitieħdu bis-serjetà.
David Thake qal li l-politiku għandu dejjem joqgħod fuq il-pariri li jtuh it-tobba. Il-gvern ilu jaf iktar minn xahar li l-ekonomija se tieħu tisbita kbira iżda ma ppreparax pakkett ta’ inċentivi li jidħlu fis-seħħ qabel jinħass l-uġiegħ. Hu semma’ l-garanzija ta’ €400 miljun lill-Eelctrogas u qal li dakinhar il-gvern għaġġel għaliex kien hemm min se jdaħħal €5000 kuljum. Iżda llum il-gvern għadu qed jaħsibha.
David Thake kompla li l-imsieħba soċjali qed jaħmlu appelli għall-għajnuna mingħand il-gvern; liema proposti diġà ħareġ bihom il-PN. Il-korpi kostitwiti jridu għajnuna biex iżommu lill-ħaddiema u ma jkeċċuhomx, talbu li 50% tal-pagi jinġarru mill-Gvern u talbu appoġġ għal min jaħdem għal rasu. S’issa l-gevrn għadu ma ħabbar xejn anzi l-Ministru Silvio Schembri hu rassenjat li l-impjiegi se jintilfu u lill-ħaddiema barranin qallhom li se jbitbgħatu lura pajjiżhom. Fl-istess waqt il-Ministru Scicluna qal lin-negozji li ilhom igawdu seba’ snin u issa jridu jdaħħlu jdejhom fil-but.
Id-deputat Nazzjonalista qal li n-negozji ilhom sejrin lura min-Novembru meta bdew ħerġin l-iskandli ta’ korruzzjoni. In-negozjanti ilhom xhur ibatu mill-inċertezza u issa s-sitwazzjoni kkollassat waqt li l-gvern jinsab ċass. Dan m’għandux ikun atteġġjament ta’ gvern serju u Ewropej. Il-ħaddiema barranin huma impjegati imprezzabbli għan-negozji Maltin u li n-negozjanti investew eluf ta’ ewros fihom biex jitħarrġu u jkunu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu għall-ekonomija Maltija.
David Thake kompla li l-pajjiżi kollha qed joħorġu l-biljuni biex jgħinu lin-negozji tagħhom kemm fl-Ewropa kif ukoll barra mill-Ewropa iżda l-Gvern Malti s’issa ippospona biss il-ħlas tal-VAT u l-bolla.
Il-BOV qal li se joħroġ ukoll moratorji fuq loans fejn jistgħu iżda mhux b’mod awtomatiku iżda s’issa l-ħaddiema tal-BOV stess ma jafux kif se taħdem din l-iskema. Ħafna negozjanti ma jafux x’se jagħmlu.
David Thake kompla li diġà qed jintilfu mijiet ta’ impjiegi u sostna li l-Gvern irid jgħin llum jew jibda jħallas il-benefiċċju tal-qagħad fil-futur qarib. Għahekk il-gvern għandu jħabbar miżuri serji favur il-ħaddiema u n-negozji. Dan meta l-gvern ilu jiftaħar li għandu surplus bil-bejgħ tal-passaporti; €600,000 minn fuq kull passaport.
Hu tkellem dwar il-marda ta’ Jospeh Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi; marda li għadha fil-pajjiż u tintmiss kuljum. Jumejn ilu l-Prim Ministru għażel li dawn iż-żewġ mardiet ipoġġiehom fuq ħoġor il-poplu fejn iddikjara li Joseph Muscat hu iktar importanti mill-poplu. Dan għaliex il-Prim Ministru żamm it-titjiriet minn Londra miftuħin b’riskju kbir għas-saħħa biex ikun jista’ jasal f’Malta Joseph Muscat; li ma kellux għalxiex jitlaq minn Malta. Joseph Muscat għandu jgħid għaliex mar Londra u għaliex il-pajjiż inżamm miftuħ għalih. Il-Prim Ministru jista’ jikkonferma jekk f’dan il-perjodu daħalx xi ħadd ieħor bil-marda f’Malta?
David Thake qal li l-poplu jfittex direzzjoni u wens fil-mexxejja tiegħu f’dawn iż-żminijiet u awgura s-saħħa lill-familji kollha Malta u għas-serjetà mingħand il-gvern biex isalva l-impjegi tal-ħaddiema.
//= $special ?>