Luttu fil-futbol Spanjol u Taljan hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Joaquin Peirò li miet fl-età ta’ 84 sena. Fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Murcia u Atletico Madrid qabel fl-1962 kompla l-karriera fl-Italja b’esperjenzi ma’ Torino, Inter u Roma. Hu lagħab żewġ staġuni ma’ Torino qabel ingħaqad ma’ Inter taħt it-tmexxija ta’ Helenio Herrera. Ma’ Inter rebaħ darbtejn is-Serie A, Tazza taċ-Champions u darbtejn it-Tazza Interkontinentali.
Jispikka fosthom il-gowl ta’ 2-0 fit-tieni logħba tas-semifinali tat-Tazza taċ-Champions kontra Liverpool meta b’intelliġenza rebaħ il-ballun mingħand il-gowlkiper ta’ Liverpool u xeħet f’lasta vojta. Fl-istaġun 1964/65 Inter kienu rebħu l-finali 1-0 kontra Benfica. Wara biss żewġ staġuni minħabba li f’dak iż-żmien setgħu jilagħbu żewġ plejers barranin biss, Peirò kellu l-konkorrenza ta’ Jair u Luis Suarez u bejn l-1966 u l-1970 lagħab ma’ Roma fejn anki rebaħ il-Coppa Italia fl-1969.
Mat-tim nazzjonali Spanjol, Peirò lagħab 12-il logħba u skorja ħames gowls. Hu lagħab fit-Tazza tad-Dinja tal-1962 u l-1966. Bejn l-1988 u l-2004 kien kowċ ta’ Granada, Figueres, Atletico Madrid, Murcia, Badajoz u Malaga.
//= $special ?>