Lokali

“Jista’ jkollna mal-2,000 vittma” – Prof. Grech

Filwaqt li qed isiru diversi appelli għall-kalma, mhux l-inqas mill-Prim Ministru Robert Abela li qal li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll, f’dawn l-aħħar jiem qed joħorġu ċifri dwar l-iskala tal-infezzjonijiet li jistgħu jaħkmu lil pajjiżna.

F’kumment mal-istazzjon tal-Istat, il-Professur Victor Grech, pedjatra u riċerkatur, qal li skont mudelli matematiċi, Malta jista’ jkollha mal-100,000 każ ta’ Coronavius.

Minn dawn, 14,000 jista’ jkollhom bżonn kura fl-Isptar u 5,000 jaf ikollhom bżonn Kura Intensiva.

Għalkemm sa issa ma kienx hemm fatalitajiet minn meta ġie rappurtat l-ewwel każ f’pajjiżna, il-Professur Grech kompla li fid-dawl ta’ rata ta’ mortalita’ ta’ tnejn fil-mija… mal-2,000 persuna jistgħu imutu f’Malta kagun ta’ dan il-virus.

Dwar il-lockdown, il-Professur Victor Grech qal li l-importanti hu li d-deċiżjoni tittieħed fuq bażi xjentifika.

Hu appella sabiex il-pubbliku isegwi l-miżuri rakkomandati mill-awtoritajiet tas-saħħa, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħruġ lejn postijiet fejn jinġabru n-nies.

Intant, wara li x-Xandir Nazzjonali hareg din l-istorja…mall-ewwel kienu bosta dawk li kummentaw dwar il-fatt li l-intervista imxandra tikkuntrasta bi kbir ma’ dak li ilu jghid il-Prim Ministru granet shah, fejn ilu jinsisti u jirrepeti fuq it-trankwillita’ u l-kalma…meta fir-realta’, bosta huma genwinament inkwetati.

Ikkummenta