Coronavirus Internazzjonali Lokali Mużika Saħħa

AĠĠORNATA: Jitħassar uffiċjalment il-Eurovision Song Contest

L-ewwel reazzjoni ta' Destiny

Għall-ewwel darba wara 64 sena minn mindu beda jsir il-Eurovision Song Contest, din is-sena mhux se jsir minħabba t-tixrid tal-COVID-19.

Fi stqarrija konġunta, l-EBU, l-NPO u AVROTROS ħabbru li l-Eurovision Song Contest 2020 mhux se jsir. Dan hekk kif l-Ewropa kollha u l-bqija tad-dinja tinsab fi żminijiet diffiċli minħabba t-tixid ta’ dan il-virus.

L-awtoritajiet Olandiżi u l-EBU qali li ħadu din id-deċiżjoni flimkien.

Ġimgħat ilu, il-Eurovision kien diġà jinsab taħt theddida meta faqqa’ l-koronavirus. Minħabba l-fatt li diversi pajjiżi Ewropej jinsabu taħt lockdown, fosthom Spanja, Franza u l-Italja, l-Ewropa kollha tinsab fi kriżi profonda. 

Wara li tħassar il-logħob tal-futbol kollu madwar l-Ewropa u festivals bħal Glastonbury, l-avveniment kbir li kien imiss biex ikun kanċellat kien il-Eurovision Song Contest. Din hija l-ewwel darba mit-twaqqif tiegħu lura fl-1956 li mhux se jsir. 

Din is-sena l-Eurovision Song Contest kien se jsir bejn it-12 u s-16 ta’ Mejju f’Rotterdamm l-Olanda, fejn pajjiżna kien se jkun irrappreżentat minn Destiny bid-diska ‘All of my love’.

B’reazzjonijoni għal dan, filwaqt li esprimiet id-diżappunt tagħha għal dak li qed jiġri bħalissa madwar id-dinja, Destiny qalet li tinsab ottimista għal dak li se jiġri s-sena d-dieħla. Hija saħqet li fid-dawl ta’ dan kollu, l-aktar affarijiet importanti bħalissa huma s-saħħa u s-siġurtà tal-popli kollha.