Coronavirus Lokali Lottu u Super 5

Maltco tagħlaq l-istabbilimenti tagħha temporanjament

Is-Super 5, Superstar u l-Lottu sospiżi

Il-Maltco ħabbret li f’effett immedjat se tkun qed tagħlaq l-istabbilitmenti tal-lottu tagħha b’mod temporanju,

Dan sabiex tkun issalvagwardjata s-sigurta u s-saħħa tal-pubbliku u tal-klijenti tagħha u skont l-avviż legali ppubblikat it-Tlieta li dwar l-għeluq ta postijiet miftuħa għall-pubbliku inkluż l-istabbilimenti tal-Gaming.

Maltco se tissospendi l-operat mill-banek u l-ħwienet tagħha mil-lum b’mod indefinit u se tkun qed toħroġ komunikat dwar meta jerġgħu jinfetħu.

It-tlugħ tas-Super 5, tas-Superstar u tal-Lottu u l-Quaterno li kellu jsir din il-ġingħa huma posposti għal data mhux magħrufa.

Maltco qed tavża li biljetti mixtrija għal dan it-tlugħ se jibqgħu validi sakemm ikun jistra jsir it-tlugħ.

Logħob tal-U Bet għal attivitajiet li se jseħħu ‘il quddiem se jibqgħu jiġi kkonsidrat validu. Pagamenti ta’ rebħ isiru meta jerġa jibda l-operat. F’każ li l-attività titħassar japplikaw ir-regoli eżistenti dwar refunds.

Huwa sospiż ukoll kul bejgħ għal logħob ieħor inkluż Quick Keno, Bingo75 u Scratchers.

Il-perjodu ta’ 60 jum għal ħlas ta’ rebħ issa hu estiż għal 90 ġurnata, u dan jista’ jerġa jiġi estiż skont iċ-ċirkostanzi.

Maltaco se żżomm lill-pubbliku aġġornat f’każ ta’ tibdil kif imħabba mill-awtoritajiet.

Għal aktar informazzjoni tista’ tintbagħat email fuq info@maltco.net jew iżżur is-sit elettroniku jew il-paġni fuq il-media soċjali. Tista wkoll iċċempel il-helpline 23883333 li se jibqa’ jopera.