Lokali

Muscat jasal lura Malta eżatt ma’ avviż ta’ waqfien tal-vjaġġi

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat wasal lura Malta eżatt kif ħareġ avviż ta’ waqfien tal-ivjaġġar kollu bl-ajru lejn Malta. Dan il-waqfien jidħol fis-seħħ is-Sibt li ġej.

Karozza lesta biex tiġbor lil Muscat hekk kif niżel mill-ajruplan li kien għadu kemm wasal minn Heathrow

Issa, hekk kif is-sitwazzjoni tat-tixrid tal-Covid-19 qed tiggrava madwar l-Ewropa kollha kif ukoll id-dinja, il-Gvern Malti kien taħt pressjoni biex jagħlaq l-ajruport u l -portijiet.

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.30p.m., ħareġ avviż lill-piloti dwar dan il-waqfien.

Ftit wara dan l-avviż, Muscat jasal Malta minn Heathrow