Lokali

Pressjoni fuq Gvern biex tittieħed azzjoni mmedjata

Numru kbir ta’ imsiehba socjali kif ukoll il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jitfghu pressjoni fuq il-Gvern biex jaghti direzzjoni cara u jinvolvi ruhu direttament b’ghajnuniet sabiex ma jintilfux l-impjiegi f’dan il-mument tant sensittiv ghal pajjizna.

Wara li t-Tlieta, il-Kap tal-PN Adrian Delia hareg b’lista ta’ ideat dwar kif ghandhom jigu salvati l-impjiegi f’dan iz-zmien difficli ferm ghall-ekonomija… il-pressjoni kompliet tizdied permezz ta’ stqarrija konġunta li harget mill-Kamra tal-Kummerċ, iċ-Chamber of SMEs, l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem  u l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti. Dawn qed jinsistu li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-Gvern għandu jagħmel tajjeb għal 50% tal-pagi tal-impjegati.

Din hija l-istess proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista nhar it-Tlieta, bħala miżura sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riperkussjonjiet tal-Covid-19 fuq in-negozji Maltin.

Tikkummenta l-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber tal-SME’s Abigail Mamo.

Iċ-Chamber tal-SMEs, l-MHRA, l-MEA u l-Kamra tal-Kummerċ, ilkoll jaqblu li l-Gvern għandu jġorr parti kbira mill-piż tal-pagi tal-ħaddiema. Jikkummenta l-Perit David Xuereb.

Net News ha wkoll il-kummenti tal-Assocjazzjoni tal-Catering Establishments. Jikkumenta Matthew Pace.

Il-maġġoranza tal-imsiehba socjali qed jinsistu li l-Gvern għandu jaghti sostenn billi jagħti self garantit biex jgħin lin-negozji ħalli jżommu lill-impjegati, u sabiex tkun żgurata l-kontinwità.