Lokali Parlament

Test tat-temperatura qabel id-deputati jidħlu l-parlament

Il-bini tal-Parlament

Id-deputati kollha se jkunu screened għad-deni qabel huma jidħlu fil-parlament minħabba l-kriżi tal-coronavirus.

Dan qed isir bi qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni u tħabbar mill-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield.

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius qal li l-Oppożizzjoni qed titlob ukoll li s-Supretendenza tas-Saħħa tiddikjara hekk il-parlament hux post tajjeb biex bħalissa jidħlu n-nies fih.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li d-deputati għandhom iżommu d-distanza minn xulxin skont kif qed iseħħ fil-parlament Ingliż u kif inhu rikjest.