Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt tal-eks champion tad-dinja tal-boxing Roger Mayweather

(Ritratt: EPA)

L-eks darbtejn champion tad-dinja tal-boxing Roger Mayweather miet fl-età ta’ 58 sena. L-Amerikan li jiġi z-ziju u kowċ tal-boxer Floyd Mayweather, iġġieled 72 darba f’karriera ta’ 17-il sena.

Hu imbagħad sar il-kowċ tan-neputi tiegħu, b’Floyd Mayweather jibni reputazzjoni għalih hekk kif sar wieħed mill-aqwa boxers ta’ kull żmien. Il-mewt tal-eks boxer isegwi l-mewt ta’ Josie Harris, l-omm tat-tlett itfal ta’ Floyd Mayweather.

Imlaqqam bħala “Black Mamba”, Roger Mayweather sar boxer professjonali flimkien ma’ ħutu Floyd Senior u Jeff. Hu kien l-aktar ta’ suċċess minnhom it-tlieta u rebaħ titli tad-dinja fil-kategoriji super-featherweight u light-welterweight.

Roger Mayweather sar figura importanti fl-iżvilupp ta’ Floyd Mayweather. Mis-sena 2000, Roger kien fil-kantuniera ta’ Floyd Mayweather fl-ewwel 20 ġlieda tiegħu. Hu kien qed isofri mid-dijabete fl-2016 u għat-tieni darba kien mibdul minn Floyd Senior bħala kowċ.